Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol – It-Tielet Parti – Trasport tat-Triq

Posted by gwuyouths on February 3rd, 2009 under Bullettini t' Informazzjoni Tags: , , ,  •  No Comments

1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...

Fl-ahhar parti ta’ din is-serje ddiskutejna prevenzjonijiet u mizuri kontra problemi relatati ma’ waqghat u zlieq fuq il-post tax-xoghol.  Dil-gimgha se nitrattaw is-sigurta tax-xufiera fit-trasport tat-triq.  

Il-programm/skedati tax-xoghol

-jekk possibili, ix-xufiera ghandhom ikunu mgharfa minn qabel dwar il-hin li se jibdew u jispiccaw xoghol bejn wiehed u iehor, dan halli x-xufiera jkunu jistghu jallokaw hin bizzejjed ghall- mistrieh, ikel, re-fuilling u hsarat tul it-triq
-jekk l-iskedata tax-xoghol se tinbiddel b’mod sostanzjali x-xufiera ghandhom jigu mgharfa ta’ l-anqas 24 siegha qabel
-xufiera m’ghandhomx jigu mhallsa fuq basi ta’ mili, ghaliex dan jista jwassal li dawn jahdmu rotot itwal, iktar hin, u b’iktar velocita; li dawn jistghu jwasslu ghat- tnaqqis fis-sigurta tax-xufier
-l-iskedati tax-xoghol ghandhom jikkonsidraw il-hin ghall-ikel u l-hin mehud mid-dar ghall-post tax-xoghol u lura
-dispatchers ghandhom ikunu mgharfa bil-massimu ta’ hin li xufier jista jahdem f’gurnata wahda, u fuq temp ta’ gimgha
-rosters, logbooks u l-iskedati tax-xoghol ghandhom jigu mizmuma ta’ lanqas 18-il xhar

Ghalkhemm l-ghajja u kawzi taghha jiddependi minn persuna ghall-ohra, hawn huma xi kawzi komuni:

-hinijiet twal ta’ xoghol
-kwalita jew hin ta’ rqad u mistrieh inadekwat
-xoghol li jirrikjedi xoghol mentalment u fizikament gholi
-vjaggi twal, xemx, shana, traffic jams, kjujiet, stennija ta’ passiggieri, vibrazzjonijiet, hsejjes qawwija, guh u ghatx
-fatturi pesonali bhal xjuhija, sahha u esperjenzi
-problemi mekkanici fil-vettura li ggieghel ix-xufier jitfa iktar sfroz, ezempju problemi fl-isteering

Principji ta’ kif ix-xufiera jaghraf li qed tahkmu l-ghajja

-ippjana r-rotot sew sabiex il-hin tal-mistrieh u l-irqad ikun meta jkollok l-iktar bzonn u meta jkun l-iktar effettiv. Ezempju xufiera li jahdmu xiftijiet ta’ bil-lejl normalment jiehdu iktar hin sabiex jirkupraw minn xufiera li jahdmu xiftijiet ta’ bi nhar.
-meta tippjana rotta, alloka hin ghall-possibilta ta’ dewmien u ittardjar
-ara li jkollok ta’ l-anqas gurnata ta’ mistieh fil-gimgha halli l-ghajja ma tibqax takkumula
-ara li tukkumpensa l-hin ta’ l-irqad fil-jum ta’ wara jekk dik il-gurnata tkun irqad ftit sieghat biss
-jekk ikollok shift twil f’gurnata ara li dak il-lejl tistrieh sew u pprova li l-jum ta’ wara jkollok shift iqsar

Huwa importanti, li x-xufiera jaghrfu meta jkunu ghajjena, sinjali ta’ ghajja jista jkunu:
-nisi
-burdati
-problemi sabiex tikkomunika ma’ haddiehor
-letargija
-nuqqas ta’ vigilanza
-fissazzjonijiet
-nuqqas fir-rifflessjonijiet

Il-vettura ghanda tigi spezzjonata kuljum, din ghanda tinkludi:
-sigurta tar-roti u tajers
-pressa tat-tajers
-brejkijiet
-vettura minghajr materjal u makzan mhux mehtieg
-l-ebda likig ta’ zejt jew ilma
-zejt u ilma tal-makna u tal-wipers
-trejler connection/coupling
-dwal u reflectors
-prezenza ta’ fire extinguisher(s), spare wheel u spare fuses

Sigurta fil-kabina

-is-sit ghandu jkun aggustabli
-kontrolli li jintuzaw hafna ghandhom jkunu f’pozizzjoni komda 
-il-mirja ghandhom ikunu pozizjonati b’mod li jnaqqsu sforzi zejda
-suspensions tas-sit ghandhom jigu aggustati skond it-tul u l-piz tax-xufier

Xi punti ohra
-Xufiera ghandhom jigu mhegga li jirraputaw bhala ’unfit for duty’ ghal numru ta’ sieghat jekk jhossuhom ghajjiena hafna.  
-Ricerka turi li l-ahjar rizultat ghan-naghsa qasira, huwa meta tkun inqas minn 40 minuta.  Naghsa itwal thalli lill- persuna stordut u disorjentat x’hin iqum.  F’kaz li raqda mhux possibli, jekk timtedd tajjeb ukoll.
-Xufiera mghandhomx jithallew isuqu vetturi li mghandhomx licenzja addatata ghalihom
-Skedati tax-xoghol mghandhomx jinnecissitaw li x-xufiera jahdmu iktar sieghat milli suppost, jew b’velocita iktar milli thares il-ligi.

Sigurta fuq il-Post tax-Xoghol – It-Tieni Parti – Zlieq u Waqghat

Posted by gwuyouths on February 3rd, 2009 under Bullettini t' Informazzjoni  •  No Comments

1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...

l-ewwel parti ta’ din is-serje ddiskutejna prevenzjonijiet u mizuri kontra problemi relatati ma hsejjes eccessivi.  Dil-gimgha se nitrattaw, zlieq u waqghat.  F’ pajjizna madwar ghoxrin fil-mija tal-incidenti fuq il-post tax-xoghol ikunu relatati ma’ zlieq u/jew waqghat. 

Hemm zewg tipi ta’ waqghat, dawk elevati (waqghat mill-gholi) u waqghat mil-baxx.  Waqghat mill-gholi huma l-iktar kawza li twassal ghall- incidenti gravi u fatali fl-industrija tal-kostruzzjoni.

Zlieq normalment ikun ikkawzat minn: art li tizloq, uzu ta’ zraben mhux addatti, nuqqas ta’ dawl u twapet/paljetti mhux fissi mal-art.

Waqghat mill-gholi normalment ikunu kkawzati minn: uzu ta skaffolding minghajr ilqugh, uzu ta’ skaffolding u slielen ta’ kwalita baxxa (bhal slielen imsewwsa jew b’xi targa nieqsa), tlugh u inzul bl-ghagla, nuzzas ta’ grip fl-idejn (ezempju uzu ta’ slielen b-idejn imxarrbin)

Kif tippreveni waqghat u zlieq

-uzu ta’ safety equipment adattat fejn il-haddiema jigu trejnjati ukoll kif juzawh sew
-twapet u paljetti ghandhom jintrabtu mall-art jew jintuza materjal skid-resistant bhal rubber u pressure-sensitive backing 
-uzu ta sinjali biex jindikaw postijiet b’riskju ikbar ta’ zlieq
-evita li jkollok wires u cables jigru fis-saqajn
-ressaq l-ghodod u l-materjali li mintix qed tuza, il-boghd mill-art ta’ fejn qed tahdem 
-zomm il-post fejn qed tahdem mixghul sew, naddaf/biddel it-tubi/bozoz skond il-bzonn
-f’kaz ta’ leakage jew tixrid ta’ likwidi li jikkawzaw iz-zlieq, qis li tnaddaf kemm jista jkun malajr bl-iktar mod adattat, bhal xahx ghal certu zjut u solvents ghal certu kimika. Jekk possibli, ohloq rotta temporanja li ddur ma u tevita il- post fejn sar it-tixrid 
-iccekja l-art tal-post tax-xoghol ghat-toqob, xquq u madum maqlugh b-mod regolari u sewwi skond kif mehtieg 
-uzu ta’ zraben komdi u li ma jkunux mahlulin
-zomm is-sellun fuq art soda u wati.  Ara wkoll li s-sellum ma jitqedx f’postijiet li jista jizloq minn fuq jew minn isfel  
-is-sellun ghandu jintuza minn persuna wahda biss fl-istess hin 
-ghandu jkollok tlett punti ta’ kuntatt mas-sellun, f’hin wiehed ma jkollokx id u sieq li mhux qeda zzomm mas-sellun
-ilbes zarbun b’takkuna meta tuza s-sellun
-nizzel u tella l-ghodda u l-materjali b’habel fejn tista.  Qatt titla sellun b’zewg idejn m’ghobija 
-tiggebidx hafna meta fuq sellun, minflokk inzel u ressaq is-sellun
-jekk hemm xoghol qed isir fuq sellun, hadd mghandu jahdem taht is-sellun fl-istess hin, dan peress li mhux rari li l-persuna ta’ ma l-art tolqot is-sellun bi-zball, jew il-persuna ta’ fuq is-sellun twaqqa affarijiet fuq l-iehor.  Jekk possibli ghamel cones (jew bramel) madwar is-sellun
-fall protection bhal guard rails jew barriers ghadhom jitqeghdu mal-perimitru tal-platform fuq l-iscafolding, f’kull parti li jkunu qedin jahdmu n-nies
-f’scaffolding ghandu jintuza n-numru ta’ planki adekwat, il-planki ghandhom jitqeghdu/jitwehhlu b’mod li ma jicaqalqux
-jekk jigu innotati instabilitajiet jew hsarat strutturali fl-iscaffolding, dan mghandux jintuza sa kemm jisewwa
-f’kaz li jintuza fork lifter halli jilleva persona, ghandu jigi installat platform tal-metal mall-guardrails, u mal-kickboards.  
Il-platform ghandha tkun marbuta sew mal-frieket tal lifter
-ghandhom jintuzaw harnesses, lanyards, Travel-Restriction Systems, Fall-Arrest Systems, safety nets u/jew hbula f’kull xoghol u sitwazzjonijiet ta’ llevament, skond il-bzonn.

Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol – L-Ewwel Parti – Hsejjes Eċċessivi

Posted by gwuyouths on February 3rd, 2009 under Bullettini t' Informazzjoni  •  No Comments

1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...

Is-sajf rega’ maghna u ghalkemm hafna minna jorbtu daz-zmien tas-sena’ ma zmien ta’vaganza dan zgur ma jaghmluhx l-incidenti relatati mal-post tax-xoghol, ghax donnhom jizdiedu f’daz-zmien.

Statiska tal-Konfederazjoni tal-Unions fl-Ewropa turi li kull sena madwar wiehed minn kull ghaxar haddiema jweggghu ta’ l-anqas darba fuq il-post tax-xoghol.  Uhud minnhom anke fatali.  Fortunatament hafna minn dawn l-incidenti jistghu jigu ppreventati.  Fil-gimghat li gejjin ha nittrattaw incidenti u problemi varji u x’tip ta’ prevenzjoni tista’ tittiehed. 

Din il-gimgha se nittrattaw kif nistghu nnaqqsu l-problemi relatati ma hsejjes storbjuzi u frekwenti li dawn hafna drabi joholqu tnaqqis fis-smiegh kif ukoll joholqu stress f’partijiet tal-gisem ohrajn, bhal qalb.  Hsejjes eccessivi jaffetwaw ukoll l-ghajnejn, fejn titnaqqas il-klarita, in-numru ta’ kuluri li naghrfu kif ukoll l-abilta li naraw bil-lejl.  Problemi fis-smiegh jistghu jnaqqsulna l-efficjenza tal-hidma taghna kif ukoll tal-hajja komunikattiva taghna.  Infakkru li n-nuqqas ta’ smiegh huwa hafna drabi permanenti, u ghalhekk il-prevenzjoni ta’ kuntatt ma hsejjes eccessivi hija l-unika triq ghalina.  Taht, hawn xi preventazzjonijiet li nistghu niehdu.

Ghazel ghodda inqas storbjuza

-Makni li jaqbdu ma l-elettriku huma normalment inqas storbjuzi minn dawk li jahdmu billi jaharqu l-fjuwil
-Makni li jahdmu b-‘belt drives’ hafna drabi jaghmlu inqas storbju minn dawk li jahdmu b’ cineg jew b-’gear drives’
-Fejn possibli l-materjal ta’ partijiet tal-makna ghandhom jigu mibdula ghall-partijiet li jaghmlu inqas storbju.  Ezempju l-uzu ta’ mesh tal-hadid jew folji tal-plastik ghal guards tal-makna flok folji tal-hadid. 
-Uzu ta’ mufflers ghal muturi tal-elettriku u kumpressuri
-Uzu ta’ pompi moderni b’sistemi ta’ hydrolic
-Partijiet tal-makna li huma storbjuzi hafna ghandhom jigu maghluqa ghalihom
-L-impatti bejn partijiet differenti tal-makna ghandhom jitnaqqssu kemm jista’ ikun 
-Uzu ta’ insulation bhal tip ta’ rubber jew foam madwar il-makna

Uza l-ghodda b’mod ahjar

-Meta mutur jinqaleb minn ‘forward’ ghal ‘reverse motion’ dan ghandu l-ewwel titnaqqaslu l-velocita’
-makni storbjuzi mghandhomx jitqieghdu f’irkiken, ghaliex l-istorbju jigi amplifikat bid-doppju jew b’erba’ darbiet 
-pompi u generators ghandhom jigu mqeghda kemm jista jkun il-boghod minn fejn qed isir ix-xoghol, cioe minn fejn qed jahdmu in-nies
-Tuzax l-ghodda u l-makni qrib il-massimu taghhom ghaliex f’ dan il-punt normalment joholqu bhal ’twerzieq’ u jkunu iktar storbjuzi
-Ara li jsir manteniment regulari tal-ghodda u l-makni

Tahbit t’oggetti flimkien, specjalment jekk il-materjal ikun metal, jikkawza storbju ta’ intensita kbria, li dan facilment jista jwassal ghat-tnaqqis ta’ smiegh.  Ezempji zghar izda jghallmu ukoll:

-fejn tista flok imsiemer uza viti jew adhesive
-jekk trid tghawweg virga irqiqa uza tnalja flok isammarha f’morsa
-jekk qed taqta’ il-hadid jew l-injam, naqqas id-distanza bejn il- post tal-qtugh u fejn jaqghu l-fdalijiet
-flok twaqqa’ jew twaddab l-affarijiet ma l-art nizzilhom bil-mod
-uzu ta’ twapet tar-rubber fejn iduru jew jaqghu l-affarijiet u fuq il-bank tax-xoghol

Naqqas il-hinijiet f’attivitajiet storbjuzi
-f’xoghol tal-hadid, ippjana dak li trid taghmel minn qabel sabiex taqta’, tghawweg u tiwweldja b’mod iktar preciz halli tnaqqas il-hin bzonnjuz biex tirranga xi zbalji li ghal dawn normalment ikollok tuza metodi storbjuzi bhal grinding u tismir
-jekk tista ghazel makni li huma iktar produttivi u jaghmlu x-xoghol malajr halli tnaqqas il-hin li tkun espost ghal l-istorbju
-jekk possibli alterna bejn xoghol f’ambjent storbjuz u xoghol f’ambjent inqas storbjuz

Uza strumenti protettivi tas-smiegh maghrufa bhala (HPDs), bhal earplugs u earmufs
-ghazla ta’ HPDs li joqghodu sew u huma komdi
-HPDs ghandhom jigu mlibbsa f’kull hin waqt ix-xoghol
-HPDs iridu jkunu addattati ma l-ambjent u l-post tax-xoghol

Nizzel min hawn: Ktejjeb bil-Malti relatat mas-suggett maħruġ mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1)

Nizzel min hawn: Ktejjeb bil-Malti relatat mas-suggett maħruġ mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (2)

Nizzel min hawn: Ktejjeb bil-Malti relatat mas-suggett maħruġ mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (3)

Nizzel min hawn: Ktejjeb bil-Malti relatat mas-suggett maħruġ mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (4)

Daħla

Posted by gwuyouths on February 3rd, 2009 under Uncategorized  •  1 Comment

1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...

Dan il-blog huwa mtellgħa mit-Taqsima Żgħazagħ tal-General Workers Union - Malta (GWU Youths).  Din l-inzjattiva ittieħdgħet sabiex teduka lil-ħaddiema u lil dawk li jħaddmu, dwar is-saħħa u s-sigurta b’mod ġernerali u fuq il-post tax-xogħol rispettiv tagħhom.  Ħafna mill-artikli li jidhru f’dan il-blog dehru fis sena 2008 u 2009 fil-pagna tal-GWU Youths, li tkun fuq il-ġurnal, l-Orizzont kull nhar ta’ Ħamis.  

Għall iktar informazzjoni dwar l-għaqda, tista…

Taċċessa is-sit elettroniku: http://www.gwuyouths.org/

tikteb jew żżugħlnha f-dan l-indirizz: GWU YOUTHS, Workers Memorial Building, South Street, Valletta, Malta (L-ufficju tagħna huwa miftuħ għall publiku bejn 9.00 am u 1.00 pm matul il-gimgħa kollha, għall apuntament speċjalment f’ġrarnet u jew f’ħinijiet oħra wieħed għandu jikkomunika magħna permezz tal-kunttatti t’hawn taħt)

Ikkomunika maghnha:

youths@gwu.org.mt | T 0035621244451 Ext. 296 
| F 0035621238100 | M 0035679264655

Din l-inizjattiva qeda tigi kordinata min: Andre’ Damato
M 0035679370523 | E  andre.damato@gmail.com