Konferenza nazzjonali mill-GWU dwar il-haddiema migratorji

1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (1 votes, average: 5 out of 5)
Loading ... Loading ...

 

Bhalma kienet ghamlet fil-qasam tas-Sahha u s-Sigurtà tal-haddiema fuq il-postijiet tax-xoghol, l-General Workers’ Union habbret li se torganizza ukoll l-ewwel konferenza nazzjonali dwar il-haddiema migratorji. Din il-konferenza nazzjonali se tkun taghmel parti mic-celebrazzjonijiet tal-GWU ghal Jum il-Haddiem.

 

Din il-konferenza nazzjonali se ssir nhar is-Sibt, 2 ta’ Mejju fil-Foyer ta’ City Theatre fi Triq l-Ifran, il-Belt. Il-Ministru tal-Intern u Gustizzja, Dr C. Mifsud Bonnici u l-Kelliemi Ewlieni tal-Partit Laburista, Dr Michael Falzon, kif ukoll rapprezentanti ta’ diversi ghaqdiet mhux governattivi, Professur mill-Università ta’ Malta u membri tal-pubbliku li ghandhom interess fis-suggett se jindirizzaw il-konferenza.

 

Il-GWU taghti importanza qawwija lil Jum il-Haddiema, nhar l-1 ta’ Mejju, ghax fih tara c-celebrazzjoni tax-xoghol. 

 

Kien proprju ghalhekk li se zzomm din il-konferenza l-ghada ta’ Jum il-Haddiem. Din se jkollha bhala tema “Fair Pay, Equal Rights” bil-ghan li tkattar l-gharfien li fil-Gzejjer Maltin hawn gruppi ta’ nies li huma sfruttati l-aktar fejn jidhlu kundizzjonijiet u prattici ta’ xoghol.

 

Tags:

This entry was posted on Thursday, April 30th, 2009 at 10:41 am and is filed under Attivitajiet. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.

Leave a Reply

You must be logged in to post a comment.