Sigurta fuq il-Post tax-Xoghol – Il-Hdax il-Parti – Welding

1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (2 votes, average: 4.5 out of 5)
Loading ... Loading ...

Fl-ahhar parti ta’ din is-serje iddiskutejna kif wiehed ghandu jagixxi meta jiltaqa’ ma sewqan aggressiv u xi suggerimenti ta kif tista tnaqqas il-possibilta ta’ provokazzjonijiet aggressiva fuq it-triq.  Din id-darba se nirrikkomandaw xi prattici tajbin tal-welding, dejjem marbutin mas-sahha u s-sigurta. 

Il-prattika tal-welding igib maghha perikli diretti u dawk inqas diretti lejn is-sahha tal-haddiema.  Dawn l-effetti jistghu jkunu immedjati jew jidru wara tul ta’ zmien; jaf ikunu fatali bhal xokk elettriku jew effetti dejjiema bhala hsarat  permanenti tal-pulmun.

Perikli u Riskji tal-Welding

Xokk Elettriku
Apparat tal-welding li jaghmel uzu mid-dawl jaf iwassal ghal xokk elettriku jekk ma jintuzax kif suppost jew ikun diffettuz.  L-ghazla tal-ghodda u l-manteniment taghha huma essenzjali sabiex tnaqqas riskji ta dan it-tip.

Spluzjonijiet u Nirien
Perikli ta dan it-tip huma prezenti matul il-process kollu tal-welding.

Hruq
Permezz tal-welding l-oggetti u l-materjali involuti jishnu f’temperaturi gholjin. Dan jikkreja l-periklu ta’ hruq u nirien min-metalli jaharqu u l-ispray tal-welding.

Dhahen
Dhahen generati mill-welding jafu jkunu tossici.  L-effet fuq is-sahha jista’ ikun immedjat bhal gbid tad-dhahen tal-kadmju (materjal prezenti f’vireg tal welding) fis-sistema tan-nifs, jew ikollhom effetti wara numru ta’ snin.  Ventilazzjoni adekwata u apparat ta’ kontroll ta’dhahen (bhal extraktors) huma importantissimi.

Gassijiet Kompressati
Cilindri tal-gass igibu maghhom numru ta’ perikli, li dawn jizdiedu f’ambjent ta’ temperaturi gholjin.

Sustanzi Perikoluzi u Gassijiet Tossici
Xi processi tal-welding jirrekjdu l-uzu ta’sustanzi perikoluzi bhal acidu idrofloriku. Gassijiet Tossici jistghu jintuzaw fil-process jew jigu b’reazzjoni kimika (ezempju dijossidu karbonju u kimici taz-zebgha)


Soffokazzjoni
Gassijiet uzati waqt il-welding jistghu jinfirxu madwar l-kamra  b’rizultat li jitnaqqas il-livell tal-ossiginu.  Dan il-periklu jizdied f’postijiet bi spazju restritt.

Trabijiet
Processi marbutin mal-welding, bhal grinding, jistghu joholqu ammonti perikoluzi ta’ trabijiet.

Stress marbut mas-shana
Xoghol ghal perjodi twal f’ambjent ta’temperetura gholja tikkawza stress u fl-estrem taghha stroke fatali. Il-problema f’pajjizna tiggrava bit-temperaturi gholjin fix-xhur tas-sajf

Xi punti qosra…

Zbarazzar tal-madwar - Specjalment it-tnehhija ta’ materjali li jaqbdu malajr jew li jistghu jisplodu.

Gas – Jekk ixxomm il-gas, tixghelx torcijiet tal-gas jew tuza apparat tal-welding elettriku.

Ghajnejn – Ilbes protezzjoni tal-ghajnjen u ghatti gilda mikxufa

Ucuh jaharqu – Zomm f’mohhok liema oggetti u ucuh jaharqu, kultant tajjeb ukoll li tassumi li kollox jahraq.

First Aid – Apparti mit-training normali, persuni tal-first aid f’postijiet ta’ welding ghadhom ikunu jafu s-sintomi ta’ xokk elettriku, arc flash u l-konsegwenzi ta’ hruq min- materjali kkowtjati ezempju meta jigi weldjat metal galvanizzat.

 

Prevenzjoni ta’ Hruq u Spluzjonijiet marbutin mal-welding

-Jekk qed tiwweldja hajt tal-hadid jew partixin, iccekja x’hemm wara l-hajt/partixin qabel ma tibda x-xoghol
-Kun af kif tuza l-apparat u l-ghodda tal-gas sew u b’mod sikur
-Zomm ir-regolaturi u l-pipijiet tal-arja nodfa minn zjut u grisijiet
-Evita li ccappas hwejgek jew idejk bi zjut jew grisijiet 
-Uza l-gassijiet adekwati ghas-sitwazzjoni, qatt uza arja kompressata flok ossiginu
-Zomm f’mohhok li fi spazju restritt ir-risku li gas jew zejt jikkombina ma l-arja u jaqbad jew jisplodi jizdied, b’hekk thallix pipijiet tal-gas f-postijiet maghluqin fejn jistghu jillikjaw
-Zomm extinguishers tan-nar addatti u hallihom visibli f’kull hin
-Fil-passat, spluzjonijiet u nirien kbar kkawzaw ruhhom meta kien qed isir xoghol ta’ welding, qtugh jew brazing fuq pipijiet, tankijiet u drums li qabel kienu jikkontjenu materjal li jiehu n-nar
-Kontenituri li kienu jzommu l petrol jew spirtu abjad ghandhom riskju gholi li jisplodu jew jaqbdu jekk esposti ghas-shana jew ghan-nar
-Perikoluzi wkoll huma kontenituri li kienu jzommu: diesel, zejt kontcentrat, sapun u acidi li jirreagixxu mal-metal sabiex jipproducu l-idrogenu
-Qabel ma’ tuza tankijiet jew pipijiet sabiex tahdem fuqhom, ara li dawn jigu mnadfa sew; l-iktar mod effettiv huwa tindif bl-isteam b’gassijiet bhal dijossidu karbonju jew nitrogenu
-Tindif ta’ kontenituri li kien fihom materjal li jiehu n-nar bl-ilma, mushun jew arja kumpressatta huwa ineffettiv

Sigurta marbuta m’apparat tal-welding li jahdem bid-dawl

-assigura li l-apparat ghandu influs ta’ kurrent korrett u skond il-kapacita tieghu
-tiwweldjax vicin gassijiet jew materjali li jistghu jaqbdu n- nar b’mod facli
-hu hsieb li zzomm il-polarita elettrika meta tuza iktar min apparat tal- welding wiehed fuq l-istess oggett
-ghandek tuza’ magni b’cut-off awtomatiku sabiex tassigura li ma jinqabizx id-duty cycle tal-apparat
-iccekja/spezzjona s-sigurta elettrika tal-apparat u l-apparat innifsu b’mod regolari, mantjeni u biddel kif mehtieg
-f’dan ix-xoghol ghandek taghzel l-iqsar wires possibli
-attent meta jkun hemm l-ilma prezenti, bhal fi kcejjen, kmamar tal-banju, dghajjes, swimming pools, etc..
-qatt zomm ma gismek, ghawweg, sammar mal-hajt jew orbot il-wires tal-apparat
-ixxotta idejk qabel tiwweldja.  Zomm hwejgek xotti. Jekk toghroq hafna, ieqaf u tnixxef; uza insjulejxin tahtek bhal injama kbira
-dejjem skonnetja l-apparat xhin tlesti.  Dejjem aqla mil-plakka mhux tigbed il-wire sabiex taghmel dan.
-tahdimx fix-xita


Sigurta marbuta m’apparat tal-welding li jahdem bil-gass

-kull cilindru ghandu jigi mmarkat b’xiex hu mimli, sew jekk ossignu, gass, etc..
-ic-cilindri ghandhom jinzammu f’post b’ventilazzjoni tajba
-cilindri tal-gass ghandhom jigu ezaminati b’mod regolari ghal sinjali ta’ difetti u leakage
-cilindri tal fjuwil u dawk tal-ossignu ghandhom jinzammu f’post separat
-orbot ic-cilindri sabiex ma jaqawx
-zomm ic-cilindri tal-gas il-boghod minn apparat elettriku jew sorsi tas-shana
-cilindri, pipijiet, valves tac-cilindri, regulaturi u apparat iehor ta’ mac-cilindri ghandu jinzamm nadif minn zjut u grisijiet
-tuzax ossignu sabiex tfarfar jew tnaddaf hwejjgek
-uza proceduri tajbin sabiex tarma l-apparat tal-welding kif ukoll biex tixghel u twaqqaf il-fjamma tal-gas
-uza proceduri tajbin sabiex ticcekja leakage: uza detergint mhux sapun
-gharaf is-sinjali ta flexbek u kun af x’ghandek taghmel f’kaz ta’ dan.

Ilbies protettiv ghal waqt il-welding
Ras – helmet tal-welding b’arc flash filter u protezzjoni tal-ghajnejn u dik respiratorja
Idejn – Ingwanti addattati
Hwejjeg – skuri sabiex tevita radjazzjoni ultraviolet, b’kmiem twal u l-ghonq maqful u flameproof. L-uzu ta’ fardal fuq il-hwejjeg huwa rikomandat.

 Welding 

 

Tags: , ,

This entry was posted on Wednesday, February 4th, 2009 at 9:05 am and is filed under Bullettini t' Informazzjoni. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.

Leave a Reply

You must be logged in to post a comment.