Fl-ahhar parti ta’ din is-serje ddiskutejna prevenzjonijiet u mizuri kontra incidenti relatati mal-industrija tal-kostruzzjoni. Din id-darba se nitrattaw is-sigurta relatata mal-asbestus fil-bini.
L-asbestos hija l-forma fibrusa ta’ mineral li taqa’ taht il-gruppi serpentine u amphibole li normalment jigi f’kulur abjad, griz jew griz fl-ahdar. Fibri individwali mehudin mill-gebla li tittella mill-minijieri jintuza fil-manifattura ta’ diversi prodotti. Gie muri li gbid ta’dan il-materjal fis-sistema tan-nifs ghandu l-potenzjal li jqieghed dik il-persuna fir-riskju ta’ mewt. L-asbestus rari jintuza wahdu, minflokk dan jigi mhallat ma materjali ohrajn, li ghalhekk jaghmilha aktar difficli sabiex tiddentifikah b’ezaminazzjoni vizwali.
L-abiltajiet ta’ dan il-materjal artab, bhal sahha mekanika tieghu u r-rezistenza ghas-shana wasslu sabiex l-industrija tal-produzzjoni tinkorporah f’hafna materjali fosthom dawk uzati fil-kostruzzjoni, cladding, insuluzzjoni tas-shana u tal-istorbju f’ufficini, fabbriki u djar. Kif ukoll f’hafna prodotti bhal pipijiet, katusi, soqfa, hitan, oggetti tad-dekorazzjoni, linings mal- brejkijiet u l-klutch, madum tal-art, hwejjeg heat resistant,u materjali tal-ippakkegjar. Illum l-asbestus gie sostitwit minn marterjali ohra f’hafna minn dawn il-prodotti t’hawn fuq. Fl-UE huwa illegali wkoll li jituza’ l-asbestos ghal xi prodotti msemmija, u ghalkemm ghadu mhux prattiku li tnehhi l-asbestus minn kollox, dan huwa t-tir ahhari.
Sahha
Wiehed ikun f’periklu meta materjali li jikkontjenu l-asbestos ikunu xkatlati, mtaqqba, jew maqlugha f’xoghlijiet ta’ manteniment jew tnehhija. Hafna mill-fibri mhux daqstant zghar jigu depositati fl-imnieher jew fil-pipe tan-nifs u jitnehhew mill-gisem bis-sistema fisjologika normali, izda fibri zghar jistghu jidhlu sew gol- pulmuni jew f’partijiet differenti tal-gisem. Jezistu tliet mardiet differenti relatati ma’ gbid ta’ dawn il-fibri ghal gol- pulmuni: asbestosis, kancer tal-pulmun u mesothelioma. Asbestosis huwa meta jikber cikatrici ta’ tessut fil-pulmun, dan jigi jew wara li wiehed ikun espost ghall-asbestos jew anke wara zmien li wiehed ikun waqaf jaghmel kuntatt mal-asbestos. Iz-zewg forom tal-kancer relatati mal-asbestos huma l-kancer tal pulmun u l-mesothelioma, normalment fibri izghar min 3 mikrometri fid-dajamitru u itwal minn 5 mikrometri fit-tul ghandhom il-potenzjal li jikkagunaw kancer, ir-riskju jikber jekk id-dajamitru tal-fibri ikun izghar kif ukoll bid-dosa tal-fibri. Dawn it-tip ta’ kancer jiehdu bejn 15 u 50 sena miz-zmien li sar il-kuntat mal-asbestos sabiex jizviluppaw.
Asbestos uzat fil-bini
F’bini fejn l-asbestos huwa presenti jew huwa mahsub li hu presenti, konsultazzjoni u tixrid ta’ informazzjoni ghandhom jithaddnu bejn l-haddiema u minn ihaddem b’process stabilit ta’ konsultazzjoni. Il-bzonn li jigi identifikat l-asbestos fil-bini ma jfissirx li l-unika ghazla tkun li jitnehha l-asbestos, ezempju kultant jaghmel iktar sens u hemm inqas riskju jekk jinghalaq jew jitghatta l-asbestos milli jitnehha. Jekk is-sid tal-bini ma jafx fejn hemm l-asbestos jew ghandu xi dubbji, dan ghandu jqabbad bniedem kompetenti f’dan il-qasam sabiex jidentifika il-postijiet li jistghu jinkludu l-asbestos. Min ihaddem ghandu jipprovdi u jimmantjeni, ambjent u prattici ta’ hidma li huma sikuri kemm jista jkun u sa fejn prattiku; ghandu wkoll id-dmir li jikkonsulta mal- haddiema sabiex jinstabu misuri sabiex jikkontrollaw u jnaqqsu l-espozzizjoni taghhom ghall-asbestos. L-haddiema ghandhom isegwu l-instruzzjonijiet mghotija lilhom dwar is-sahha u s-sigurta fuq il-post tax-xoghol taghhom. Ghandhom jiehdu hsieb u ma jitfawx is-sahha taghhom jew t’ohrajn f’riskju, ghandhom ukoll jirrapurtaw minnu fih lis-supervisor taghhom jekk jidentifikaw jew jahsbu li hemm xi riskju ghas-sahha.
Fil-bini hafna mill-prodotti li jinkludu l-asbestos ma joholqux riskju ghas-sahha, hlief jekk jigu xkattlati, imtaqqba jew iddisturbati b’tali mod li jinheles trab b’fibri tal-asbestos. Asbestos uzat ghall- izolazzjoni (insulation) jista jigi ddisturbat minn haddiema tal-manutenzjoni, tat-telephones, air-conditioners waqt li jkunu qed jahdmu fil jew fuq il-bini. Degredazzjoni tista tinholoq ukoll b’risultat ta’ hsara fl-ilma jew movument ta, materjali tal-kostruzzjoni. Grieden u ghasafar ghandhom ukoll il-kapacita li jiddisturbaw materjali tal-asbestos.
It-tip ta’ materjali li jikkontjenu l-asbestos, relatati mal-bini li huma tal-iktar koncern ghas-sahha tal-bniedem jinkludu:
-asbestos sprejjat bhala fireproofing, soundproofing u insuluzzjoni
-gibz ghas-soundproofing, dan il- materjal normalment ikun espost u mhux mizbugh
-materjal li jinkludi l-asbestos uzat ghall- insuluzzjoni fil-passagi tal-arja tal-airconditioners, pipijiet tal-ilma shun u kiesah, gibji, tankijiet tal-pressa u boilers li jkunu mdawrin b’jaketta tal-metall
-cement imhallat bl-asbestos
-coatings dekorattivi bhal soqfa sprejjati b’tahlita ta’ materjali (li jinkludu l-asbestos) sabiex jikkrejaw effett dekorattiv
-cladding mal-pipjiet
-linings ta’ ghamara jew bankijiet tax-xoghol
Tnehhija
M’mod generiku, l-asbestos uzat fl-insuluzzjoni ghandu jitnehha meta:
-partjiet minnu qed jinqala minn mall-istruttura ewlenija
-l-insuluzzjoni giet mibruxa jew saritilha hsara strutturali bil-possibilta li jcedu jew jinqalghu partijiet minnha
Gheluq
Gheluq jista jsir billi tifred il-materjal tal-asbestos mill-kumplament tal-ambjent. Dan jaghmel sens hafna meta l-materjal qed f’riskju li ssirlu hsara mekkanika. Ezempju tinbena kaxxa madwar pipijiet tal-isteam insulat bl-asbestos.
Inkapsulazzjoni
Inkapsulazzjoni huwa meta l-astbestos jigi ikkowtjat b’prodott li normalment jippenetra u jsahhah/jwebbes il-materjal originali.
Tnehhija u inkapsulazzjoni ta’ materjali u prodotti bl-asbestos ghandhom jigu maghmula biss minn kuntratturi licenzjati f’dan il-qasam.



