Fl-ahhar parti ta’ din is-serje ddiskutejna prevenzjonijiet u mizuri kontra incidenti relatati mal-ghajnejn. Din id-darba se nitrattaw is-sahha u s-sigurta relatata mal-industrija tal-kostruzzjoni, industrija li f’pajjizna hija wahda minn dawk principali u li sfortunatament hafna mill-incidenti fuq il-post tax-xoghol jigu minn dan il-qasam. Xoghol ta’ Kostruzzjoni jfisser xoghol b’konessjoni ma’ alterazzjoni, tbiddil, tindif, twaqqif, twaqqiegh, installazzjoni, manutenzjoni, tibjid, tibdil jew tiswija ta’ struttura jew strutturi ta’ kull tip ta:
a) bini bhal hitan, cmini, kmamar, edificji u strutturi fuq jew taht l-art
b) cable way, ajrupurt, portijiet u toroq
c) sistemi ta’ dranagg u irrigazzjoni
d) sistemi tal-elettriku, gass, telekomunikazzjoni u distribuzjoni tal-ilma
e) akwadot, pont, kanal, gibja, mina u xaftijiet fondi iktar min 4.5 metri
f) Kull scaffolding
F’din il-parti ghazilt li niddiskuti xi fit suggetti varji li jaqghu taht l-industrija tal-kostruzzjoni. Peress li s-suggett huwa vast hafna, jiena se niddedika mill-inqas parti ohra ghal din l-industrija. Perikli relatati maz-zlieq u waqghat,
Ventilazzjoni
Kull post tax-xoghol ghandu jkollu arja friska. Din normalment mhiex il-problema meta x-xoghol isir fuq barra. F’kazijiet ta’ trabijiet eccessivi, bhal tqugh u grinding tal-konkrete, l-uzu ta’ kimika volatili u sand blasting wiehed ghandu jiehu hsieb li jkollu ventilazzjoni zejda, dan jista jsir b’uzu ta extractors portable. Fejn dan mhux prattikabli, il-haddiema ghandhom jigu provduti minn ekwippment prottettiv bhal respiraters u goggles/tarka tal-wicc ghall-ghajnejn. Attenzjoni ghanda tinghata li t-trabijiet ma jigux ventilati fuq positijet ohra tax-xoghol.
Comb
Sa xi tletin sena ilu z-zebgha li kienet tintuza f’pajjizna kien ikollha ammonti kbar ta’ comb, dan huwa l-iktar fiz-zebgha uzata qabel il-gwerra. Jekk il-bini huwa mizbugh ricentement jaf xorta ikun mizbugh b’zebgha tac-comb jew ikollha saffi ta’ zebgha antika taht il-moderna. Jekk il-post inbena iktar minn 25 sena, l-ahjar tassumi li kien mizbugh b’zebgha ibbazata fuq ic-comb. T-tnehhija ta’ din it-tip ta’ zebgha tista tikkawza hsara kemm lil minn qed jaghmel ix-xoghol kif ukoll lil dawk fil-vicinanzi. Avvelenament tac-comb mhux trattat jista jwassal ghall- hsara fil-mohh kif ukoll jista jkun fatali. Jekk iz-zebgha tkun qeghda fuq barra tal-bini, kull tieqa u bieb ghandhom jigu maghluqa halli gewwa ma jigix kontaminat. Tfal u annimali m’ghandhomx jithallew fuq il-post tax-xoghol. Il-haddiema ghandhom jahslu wicchom u idejhom sew qabel jieklu, jpejpu jew ibiddlu hwejjighom, specjalment meta qed isir xkatlar. Beritta ghandha tigi mlibbsa sabiex jigi prevenit l-akkumulazzjoni tat-trab fix-xaghar. Ghandha tigi mlibbsa maskla mas-sistema respiratorja (halq u imnieher) meta qed isir xkatlar jew hruq taz-zebgha tac-comb. Tipjip ghandu jigi evitat matul dan ix-xoghol, minhabba l-kuntatt tal-idejn mal-halq.
Perikli ghall-Gilda
Problemi fil-gilda apparti milli jikkawzaw ugieh u grif jistghu jnaqqsu l-abilta tal-persuna li jahdem li kultant anke twassal sabiex dak li jkun ma jibqax f’dak ix-xoghol. Hafna sustanzi uzati fuq il-post tax-xoghol jistghu jikkawzaw dawn il-problemi, bhal reazzjonijiet allergici. L-iktar reazzjoni tal-gilda komuni hija d-dermatite, din tigri fuq il post tal-kuntatt normalment l-idejn; din tikkawza hmura, nfieh u qxur. Reazzjoniijet irritanti mhux allergici jistghu jgiu minn kuntatt ta’ prodotti bhal detergents, solvents u trab tal-fibreglass. L-kancer tal-gilda huwa iktar rari, izda jista jigi kkawzat minn kuntatt dejjiemi ta qatran u/jew zift. Xi sustanzi li jistghu jikkawzaw problemi tal-gilda huma:
cement (imxarrab jew niexef), qatran, zift, zejt minerali, tinner taz-zebgha, acidu tat-tindif, fibres sintetici, acrylic u epoxy resin, radjazzjoni tal-ultraviolet, sealers u kulur koncentrat taz-zebgha tal-metal. L-haddiema ghandhom jigu nkoraggati jirrapurtaw problemi fil-gilda, b-mod partikolari fl-idejn u jiehdu parir mediku kmieni.
Splussivi (Blasting)
Meta jintuzaw l-isplussivi fil-kostruzzjoni, l-operazzjoni ghandha tkun surveljata minn construction blaster iccertifikat, li jkun trenja kif jipprepara u jqieghed l-isplussivi.
l-construction blaster huwa responsabli ukoll ghal:
-l-ghazla tas-splussiv, detoantors u fuses
-l-garr u l-hazna tal-isplussiv
-l-pjan tal-ispluzzjoni u l-effetti taghha
-testjar tas-circuits tal-elettriku
-prevenzjoni tat-tixrid tal-mazkan, u tnaqqis tar-riskju ghan-nies u ghall-propjeta
-tnaqqis tal-effetti fuq l-ambjent, bhat-trab, strobju u vibrazzjonijiet
-dispozzizjoni ta’ splussivi zejda
Krejnijiet u vetturi ohra tal-irfieh
Il-haddiema u min ihaddem ghandu jara li:
-il-krejn jigi mantenut sew u b’mod shieh
-il-krejnijiet jigu inspettati kull gimgha, u ezaminati sew darba kull sena minn bniedem kompetenti
-s-sewwieq ghandu jkun trenjat, kompetenti u iktar minn eta ta’ 18 il-sena
-il-kontrolli bhal leavers, mankijiet, switches, etc.. huma mmarkati b’mod car
-qabel ma jintrefa xi piz, ghandu jigi mgharuf kemm jizen bejn wiehed u iehor
-kull jib krejn b’kapacita t’iktar minn tunnellata ghandu jkollu safe-load indikator u dan ghandu jigi spezzjonat kull gimgha
-il-krejn huwa fuq bazi soda
-id-dogman (il-persuna li tghin l-operatur tal-krejn) ghandu jkun ttrejnjat kif juza s-sinjali u kif jorbot sew

