Fl-ahhar parti ta’ din is-serje iddiskutejna prevenzjonijiet u mizuri kontra incidenti relatati max-xoghol bix-xift. Hafna minnha jkolna bzonn nsuqu xi tip ta vettura fuq jew lejn il-post tax-xoghol taghna u peress li f’dawn iz-zminijiet ta’ festi ma nistawx nishqu bizzejjed fuq l-importanza ta’ sewqan bil-galbu u responsabilta fit-toroq, jiena ghazilt li s-suggett ta’ din id-darba ikun is-sewqan aggressiv.
Sewqan aggressiv jista jirreferi ghal kull azzjoni aggressiva u tosta minn sewwieqa ta vetturi li ma jaghtux kaz lis-sahha ta dawk l-ohrajn li qed jaghmlu uzu mit-triq. Iktar ma jghaddi z-zmien donnu qed jizdied is-sewqan aggressiv, kawza ta’ dan jafu jkunu t-toroq infushom, li dejjem qed jigu iffullati. Iktar minn hekk, maz-zmien in-nies qed isir iktar mghaggla u hafna drabi l-hin prezjuz.
Sewqan aggressiv jista jigi kkariterizzat b’dawn l-vjolazzjonijiet tat-traffiku:
· Sewqan eccessiv
· Tibdil tal-karrigjati b’mod perikoluz jew frekwenti
· Sewqan fid-direzzjoni skorretta f-toroq ‘one way’
· Ma jintuzawx is-sinjali tal-karozza
· Nuqqas t’obbidjenza lejn is-sinjali u d-dwal tat-traffiku
· Is-sewwieq ma jirrispettax id-dritta tat-triq
Jekk waqt li tkun qed issuq tiltaqa’ ma sewwieq aggressiv, nirrikomenda li ghandek:
· Tibqa kalm
· Izzomm id-distansa normali
· Ma taqbizx karozzi ohra jekk mghandekx ghalfejn
· Tbiddel il-karrigjata darba meta jkun sikur bizzejjed
· Jekk ma tistax tbiddel il-karrigjata u s-sewwieq aggressiv huwa warajk, ghandek tibqa fejn int u tibqa ssuq normali bil-velocita korretta. Tirrispondix ghall- mossi li jista jaghmillek
· Jekk tahseb li s-sewwieq huwa taht l-effitti tal-alkohol jew droga u qed isuq b’mod aggressiv u perikoluz li mhux qieghed f’kontrol perfett tal- vettura tieghu huwa tajjeb jekk tista tavza lill-puluzija billi iccempel 112, f’dan il- kaz ara li tuza c-cellulari mill-vettura tieghek skond il-ligi.
Ma dana kollu hemm xi punti basici li inti tista tuza sabiex tnaqqas il-possibilta li tkun involut f’accident tat-traffiku relatat mas-sewqan aggressiv:
· Qabel xejn zomm l-kortezija komuni tat-triq u dejjem evita azzjonijiet li jistghu jipprovokaw sewwieqa ohra
· Zomm pacenzja u naqqas il-livell tas-stress tieghek, l-istress jista jghamlek iktar aggressiv fit-triq
· Prova ifhem ghala s-sewwieq(a) qed jagixxu b’dak il-mod. Ezempju jaf inti stess tkun qed tikser xi ligijiet tat-traffiku bla ma taf u ghalhekk huma jiehdu attitudni aggressiva
· Zomm l-emozzjonijiet tieghek f’posthom u ahseb fil-konsegwenzi qabel ma taghmel xi mossa bil-vettura tieghek u/jew kontra s-sewwieq(a) l-ohra
· Ikkoregi xi vizji fit-traffiku li jista ghandek li jistghu jipperikolaw, idejqu jew jipprovokaw sewwieqa ohra. Ezempju f’pajjizna hawn hafna sewwieqa li kwazi qatt ma jaghamlu uzu mill-indikators
Evita azzjonijiet li jistghu jipprovokaw l-aggressjoni:
· Mossi u sinjali – mossi offensivi jirritaw sewwieqa ohrajn. Zomm f’mohhok ukoll li mossa tista’ tigi interpretata hazin minn sewwieq iehor
· Mobijls – Thallix il-mobijl itelfek waqt is-sewqan. Tezisti percessjoni (probabli korretta) li sewwieqa li jsuqu bil-mobijl izidu l-periklu fit-triq. Stharrig wera li s-sewwieqa aggressivi huwa partikularment irritati b’dawk is-sewwieqa li jsuqu bil- mobijl, specjalment jekk jinnotaw xi daqqa fuq il-quddiem tal-karozza taghhom
· Stikers – Evita li twahhal xi stiker jew slogan li jista’ jigi ikkunsidrat offensiv
· Kuntatt fl-ghajnejn – Jekk xi sewwieq jipprova jqajjem glieda, taghmilx kuntatt fl-ghajnejn. Ghazel moghdija ohra u tippruvax tikkomunika mieghu. Jekk isegwik, tmurx id-dar, minflokk mur fl-eqreb stazzjon tal-puluzija jew f’post fejn tista’ ssib l-ghajnuna u jkun hemm xhieda ohrajn
· Spazju - Issuqx ezatt mal-bumper tal-vettura ta’ quddiemek, apparti li tista tikkawza periklu hija wkoll frustranti
· Horn - Uza l-horn b’mod responsabli, jekk idoqq il-horn sabiex turi r-rabja tieghek jista jiggrava s-sitwazzjoni
· Bright – Tpetpitx id-dawl tal-fanali l-kbar sabiex turi r-rabja tieghek, dan apparti milli jista jitqies kemxejn vulgari jista jikkawza periklu
Xi punti utli sabiex tnaqqas l-istress tieghek fis-sewqan:
· Zomm il-vettura tieghek f’kundizzjoni tajba kemm jista jkun u evita l-istress li tieqaflek
· Jekk sejjer f’xi post fejn int mintiex mithla tieghu, suq iktar bil-galbu u ppjana r-rotta
· Zomm nuccali tax-xemx fil-karozza u ara li l-hgiega tal-karozza tkun nadifa
· Zid il-kumdita fil-karozza tieghek. Aggusta s-seat skond il-preferenzi tieghek, jekk hemm bzonn uza kuxin.Ahjar tisma muzika rilassanti milli xi dibadittu politiku jahraq waqt li ssuq
· Evita li ssuq meta int ghajjien, irrabjat jew imdejjaq
· Alloka hin bizzejjed ghal fejn tkun sejjer, halli ma jkollokx ghalfejn issuq bl-ghaggla
Ghalkemm jiena ghamilt l-ahjar biex l-informazzjoni li tajt hawn fuq tkun korretta kemm jista jkun possibli, din l-informazzjoni mhux bil-fors tirrapresenta perfettament ‘Il-Kodici ghat- Traffiku fit-Triq’ ta Malta u s-suggerimenti tal- Korp tal-Pulizija ta’ Malta.
